AQLEB GĦAL STAMPAR AKTAR AFFIDABBLI, PRODUTTIV U SOSTENIBBLI

WorkForce Enterprise
Ara l-vidjow
WORKFORCE ENTERPRISE IS-SERJE

Stampar sostenibbli u b'veloċità għolja

Ibbenefika minn kwalità tal-istampar mill-aqwa u konsistenti, b'veloċità kbira sa 100ppm. Il-printers multifunzjonali (MFPs, multifunction printers) u eko-responsabbli WorkForce Enterprise joffru sigurtà mtejba u kompatibilità tas-software avvanzata, kif ukoll affidabilità eċċezzjonali u prestazzjoni eċċellenti kull darba.

Fuljett tas-serje WorkForce Enterprise AM-C
Fuljett tas-serje ta' WorkForce Enterprise 75/100ppm

Il-flessibilità li taħdem kif trid

Tista' tikkonfigura l-printers biex jaqblu mal-ħtiġijiet preċiżi tan-negozju tiegħek, b'funzjonalità varjata fakultattiva.

Qarrej tal-kards tal-awtentikazzjoni

Il-qarrej tal-kards fakultattiv jista' jiddaħħal fil-panel taħt l-interfaċċja tal-utent biex ikunu jistħgu jiġu miżjuda qarrejja tal-kards ta' partijiet terzi. Alternattivament tista' żżid tabella tal-apparati.

Kontenitur tal-folji ta' 2 x 500 addizzjonali
Funzjonalità addizzjonali b'unità tat-tiwi

Saddle-stich (sa 20 folja), Tiwi Min-Nofs (sa 3 folji), Tiwi Tri-/C (sa 3 folji)

Apparat ta' stejpiljar fakultattiv

Stejpling tal-kantunieri għal sa 50 folja

Trej li jiflaħ tagħbija għolja (HCT, high capacity tray) fakultattiv

Sa 3000 folja A4

Serraturi tal-kontenituri tal-folji

Biex jiġu protetti l-kontenituri tal-karti meta l-printers tiegħek jintużaw fi spazji pubbliċi.

Finisher intern

Kapaċi jistiva, iċaqlaq u jistejpilja d-dokumenti tiegħek fi 3 pożizzjonijiet differenti, u jappoġġja t-titqib fakultattiv ta' 2 jew 4 toqob.

Interfaċċja grafika mtejba għall-utent

Interfaċja għall-utent ġdida b'touchscreen ta' 10.1” jiffaċilita l-użu, jipprovdi aktar personalizzazzjoni, tħaddim aktar sempliċi u flussi tax-xogħol aktar effiċjenti.

Prestazzjoni mill-aqwa, sal-aħħar

Il-kwalità testendi ferm lil hinn mill-hardware għal dawn il-printers, b'kapaċitajiet ta' finishing versatili ladarba l-istampar tiegħek ikun lest. Unità tal-finishing tal-fuljett jew tal-istejpiljar bla sħana u bla ħoss kapaċi tistejpilja l-kantunieri għal sa 50 folja, u tista' toħroġ 3,000 folja (fuljett) jew 4,000 folja (bis-stejpil). Il-finisher tal-fuljetti jappoġġja l-istivar mhux dritt u jista' wkoll jipproduċi sa 20 folja b'saddle-stitch, u 3 folji mitwija min-nofs jew fi tlieta. Il-finisher intern kapaċi jistiva, iċaqlaq u jistejpilja d-dokumenti tiegħek fi 3 pożizzjonijiet differenti, u jappoġġja t-titqib fakultattiv ta' 2 jew 4 toqob.

Sigur aktar minn qatt qabel

Il-printers WorkForce Enterprise joffru karatteristiċi mtejba biex l-istampar tiegħek jkun aktar sigur minn qatt qabel.

  • Protezzjoni tad-dejta

    Protezzjoni tad-dejta

    Kriptaġġ tal-HDD, tħassir sigur tad-dejta tal-HDD, Trusted Platform Module (TPM) u kriptaġġ tal-password

  • Protezzjoni tal-apparat

    Protezzjoni tal-apparat

    Verifika tal-firma tal-firmware, secureboot u identifikazzjoni ta' malware runtimeintrusion ġdida

  • Kontroll tal-aċċess

    Kontroll tal-aċċess

    Awtentikazzjoni tal-utent, restrizzjonijiet tal-funzjoni u logs tal-awditjar

  • Protezzjoni tad-dokument

    Protezzjoni tad-dokument

    Stampar tal-awtentikazzjoni, skennjar tal-awtentikazzjoni u illoggjar tax-xogħol

  • Protezzjoni tal-komunikazzjoni

    Protezzjoni tal-komunikazzjoni

    IPsec, SNMPv3 u TLS1.3 ġdid

Nibdlu l-futur tal-istampar bit-Teknoloġija Bla Sħana

Li taqleb minn printers bil-lejżer għal printers Bla Sħana jgħinek tuża inqas enerġija u tnaqqas l-impatt ambjentali tal-istampar.

Soluzzjonijiet li jżidu l-valur, jissimplifikaw il-proċessi u jżidu l-fluss tax-xogħol

  • Immaniġġjar tal-output

    Immaniġġjar tal-output

    Is-soluzzjonijiet tal-immaniġġjar tal-output tagħna u tal-imsieħba tagħna jagħtu spinta lill-produttività, filwaqt li joħolqu ambjent sigur għall-istampar, l-iskennjar u l-ikkupjar biex jissalvagwardjaw l-assi tal-kumpanija. Is-soluzzjonijiet jipproteġu l-apparati tal-utenti minn użu mhux awtorizzat u jipprovdu wkoll aktar kontroll fuq l-ispejjeż tal-istampar, b’kapaċitajiet ta’ pull-printing li jnaqqsu l-użu tal-karti minn stampar mhux mitlub.

  • Immaniġġjar tal-apparati ta' stampar

    Immaniġġjar tal-apparati ta' stampar

    Bis-soluzzjonijiet tagħna għall-immaniġġjar tal-apparati ta' stampar, in-negozji jistgħu jikkontrollaw il-printers u l-iskenners kollha tagħhom. Id-dejta trażmessa awtomatikament tgħin biex jiġi ffrankat il-ħin u anke l-flus, timmassimizza l-uptime u żżomm il-livell ta' produttività.

  • Servizz u appoġġ mill-bogħod

    Servizz u appoġġ mill-bogħod

    Naqqas l-ispejjeż tas-servisjar billi tuża s-sistema ta’ monitoraġġ u mmaniġġjar tal-apparati tagħna bbażat fuq il-cloud li toffri dijanjostika remota avvanzata. Hi sigura u faċli biex tintegraha, u żżid is-sodisfazzjon tal-klijent billi tippermetti ħinijiet ta' rispons aktar mgħaġġla, inqas żjarat fuq il-post u rati ogħla ta' soluzzjonijiet mal-ewwel intervent. Segwi u mmonitorja l-użu tal-apparat, u mminimizza ż-żmien ta' kemm idum wieqaf il-printer.

  • Teħid u mmaniġġjar tad-dokumenti

    Teħid u mmaniġġjar tad-dokumenti

    Dawwar l-informazzjoni fiżika f'kontenut diġitali li jista' jiġi mmaniġġjat u li jżid is-sigurtà tad-dejta li jaħdem biha n-negozju tiegħek. Ara s-soluzzjonijiet tat-teħid tad-dokumenti li jintegraw bla xkiel mal-apparati tagħna.

  • Stampar mill-apparati mobbli u mill-cloud

    Stampar mill-apparati mobbli u mill-cloud

    Is-servizzi ta' stampar mill-apparati mobbli u mill-cloud ta’ Epson jippermettu lill-utenti jipprintjaw u jiskennjaw mill-ismartphone u mit-tablet tagħhom – fl-uffiċċju u waqt li jkunu qed jiċċaqalqu.

  • Open Platform ta' Epson

    Open Platform ta' Epson

    L-utenti jiksbu kontroll sħiħ tal-operazzjonijiet tal-istampar tagħhom permezz ta' applikazzjoni bbażata fuq il-web li tippermettilhom jadattaw il-printer tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi u li jinbidlu tan-negozju, hekk kif jevolvu s-sistemi tal-IT tal-intrapriżi. Is-soluzzjonijiet ISV ta’ partijiet terzi huma kompatibbli mal-apparati Open Platform ta' Epson.

Firxa ta' prodotti WorkForce Enterprise

Lest biex issir taf iżjed?

Kellem lil xi ħadd mit-tim tagħna biex tiskopri kif tista' tnaqqas l-ispejjeż u taħdem b'mod aktar effiċjenti

1 Appross. skont ittestjar intern; jista' jvarja skont in-numru ta' kopji magħżula, l-ambjent tal-output, kif ukoll is-settings tad-daqs, l-orjentazzjoni, u l-pożizzjoni tal-karta.